Bijografija tal-President Emeritu

 

L-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President Emeritu ta’ Malta

Marie-Louise Coleiro Preca serviet bħala d-disa’ President tar-Repubblika ta’ Malta. In-nomina tagħha bħala President kienet, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Nazzjonali Malti, approvata unanimament minn reżoluzzjoni parlamentari tal-Kamra tar-Rapppreżentanti li ttieħdet fl-1 ta’ April 2014, li mmarkat żvilupp fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta. Hija ħadet il-ġurament tal-President ta’ Malta fl-4 ta’ April 2014.

Fl-età ta’ 55 sena, Coleiro Preca kienet l-iżgħar President tal-pajjiż, u hija t-tieni mara li okkupat il-kariga ta’ Kap ta’ Stat wara 32 sena.

Kisbiet Ewlenin

Ftit żmien wara l-ħatra tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca waqqfet għadd ta’ entitajiet biex jippromwovu d-djalogu u jrawmu l-għaqda u kultura ta’ paċi pożittiva fost in-nies.