Aktar Kapijiet ta’ Stati qed jawguraw lil Marie-Louise Coleiro Preca fil-ħatra l-ġdida tagħha bħala President ta’ Malta.
Il-President tal-Italja Giorgio Napolitano, filwaqt li awgura lill-President Coleiro Preca sostna li ż-żewġ pajjiżi jeħtieġ ikomplu jingħaqdu biex jiġu affrontati l-isfidi li jġib miegħu l-influss tal-immigranti.
F’ittra oħra ta’ awgurju mibgħuta mill-President tar-Russja Vladimir Putin intqal li tradizzjonalment iż-żewġ pajjiżi għandhom relazzjonijiet tajba u saħaq li jħares ‘l quddiem biex jaħdem mal-President ta’ Malta għat-tisħiħ ta’ dawn ir-relazzjonijiet.
Minn naħa tagħha l-President tal-Litwanja Dalia Grybauskalte qalet li pajjiżha lest li jaħdem ma’ Malta fost l-oħrajn permezz ta’ djalogu fuq livell Ewropew.