Il-President irringrazzjat lill-istudenti tal-għaqda li, għal sena oħra, qegħdin jorganizzaw din il-kampanja f’dawn iż-żminijiet – kampanja li permezz tagħha juru kemm jħaddnu bis-sħiħ il-valur tal-ġenerożità, tas-solidarjetà, il-valur ta’ l-imħabba, kif ukoll il-valur li naħsbu f’xulxin – valuri li mhux biss wirtu mill-familji tagħhom, iżda li huma wkoll valuri intrinsikament marbutin mat-tagħlim soċjali tal-knisja. Il-President irringrazzjat ukoll lill-istudenti tal-Università li kull sena jagħtu l-appoġġ tagħhom lil din il-kampanja. Hija qalet li dawn ukoll huma xhieda tal-valuri li jiddistingwuna bħala poplu.