Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Il-Qaritona Nazzjonali tal-Malta Trust Foundation ġabret €250,000 u għenet aktar minn 120 tifel u tifla f’dawn is-sentejn

Home » Press Centre » Ritratti » Il-Qaritona Nazzjonali tal-Malta Trust Foundation ġabret €250,000 u għenet aktar minn 120 tifel u tifla f’dawn is-sentejn
January 24, 2020

Kwart ta’ miljun ewro inġabru mill-Malta Trust Foundation sabiex jigu mgħejuna aktar minn 120 tifel u tifla li huma neqsin mill-viżta, jew tfal li huma fuq l-ispettru ta’ l-awtiżmu u li ma jkunu jikkomunikaw. Dan minn meta ngħata bidu għall-proġett “e3: empower, encourage and educate”.

Permezz tal-Qaritona Nazzjonali fl-Iskejjel Primarji studenti ta’ l-iskejjel primarji kkontribwew €15,000. Il-kumplament tal-fondi nġabru grazzi għal numru ta’ inizjattivi li ttieħdu mill-corporate partners tal-Fondazzjoni, Re/Max and Friends u minn membri oħrajn tal-komunita’ kummerċjali.

It-tielet edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali ġiet mnedija llum fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ l-Edukazzjoni, hekk kif inhu stipulat mill-Ġnus Magħquda.

Ic-chairperson tal-Malta Trust Foundation, Marie-Louise Coleiro Preca qalet li “il-Qaritona Nazzjonali issir sabiex jkun assigurat li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha jkollhom l-opportunita’ li jkunu empowred, li jiġu inkoraġġuti u li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni.

“Dan huwa wkoll proġett ambizzjuż li għandu element qawwi ta’ parteċipazzjoni tat-tfal – proġett li hu wkoll kkaratterizzat minn sens kbir ta’ kollaborazzjoni.”

Għall-Qaritona Nazzjonali, il-Malta Trust Foundation fil-fatt qed tikkollabora mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilta’ ta’ l-Informatika (FITA), l-Autism Parents Association, l-Association of Speech and Language Pathologists, l-Għaqda Advice, id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, u mal-komunita’ kummerċjali grazzi għall-inizjattivi tagħhom bħala parti mis-CSR.

Marie-Louise Coleiro Preca qalet ukoll li “dan m’huwiex avveniment ta’ darba, iżda huwa parti minn kullana ta’ proġetti sostenibbli li huma ffaċilitati mill-Malta Trust Foundation. Bħala Fondazzjoni l-ethos tagħna huwa li nassiguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha jgħixu ħajja dinjituża.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qal li “bħala Gvern, aħna rridu niżguraw li nagħtu l-aħjar opportunitajiet possibbli għall-istudenti tagħna. Din il-qaritona nazzjonali hija inizjattiva mill-aqwa li tkattar imħabba lejn il-qari fost l-istudenti, speċjalment minħabba li hija mod mill-aħjar biex isaħħu l-għarfien u l-vokabolarju tagħhom u jżidu aktar il-konċentrazzjoni, filwaqt li nsaħħu l-esperjenza edukattiva tagħhom permezz ta’ forom differenti ta’ letteratura.”

Bonnici għamel referenza għall-fatt li llum huwa wkoll il-jum internazzjonali għall-edukazzjoni u stqarr li l-qari huwa deċiżament aspett importanti biex wieħed isaħħaħ il-proċess edukattiv tiegħu. “ Aħna impenjati biex inkomplu nsaħħu s-settur edukattiv għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri,” ikkonkluda Bonnici.

Il-Qaritona Nazzjonali għandha żewġ skopijiet: li titkabbar l-imħabba lejn il-qari, filwaqt li fl-istess ħin issir solidarjeta’ ma’ dawk anqas ixxurtjati.

Is-Sur David Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qal li: “L-għan ewlieni tal-Qaritona huwa li nkomplu nrawmu fit-tfal tagħna sens ikbar ta’ imħabba lejn il-qari. Huwa ġest nobbli li wieħed jgħin lil sħabu fil-bżonn, u b’din l-inizjattiva t-tfal se jkunu jkun qegħdin jagħtu daqqa t’id filwaqt li jaqraw aktar kotba li huma għal qalbhom.”

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2023   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt