Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Investiment ta’ €2.5m fir-riċerka tal-kanċer f’Malta

Home » Press Centre » Stqarrijiet » Investiment ta’ €2.5m fir-riċerka tal-kanċer f’Malta
November 18, 2019January 21, 2020

Ir-riċerka tal-kanċer f’Malta ser tibbenefika minn €2.5 miljuni fuq medda ta’ ħames snin, grazzi għal fondi assenjati mill-Emanuele Cancer Research Foundation Malta

Il-Fondazzjoni llum ħabbret sejħa għal proġetti ta’ riċerka dwar il-kanċer, li għalihom ser tkun qed talloka €500,000 kull sena sabiex jintużaw minn akkademiċi fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, fil-ħidma tagħhom biex titnaqqas l-inċidenza tal-kanċer, u biex jittejjeb it-trattament tal-kanċer, u l-kwalita’ tal-ħajja tal-pazjenti.

Dan qiegħed isir wara investiment ta’ €2.5 miljuni oħra f’apparat ta’ riċerka state-of-the-art, mill-Fondazzjoni li hija kollaborazzjoni bejn il-Malta Trust Foundation, l-Universita’ ta’ Malta, u l-Fondazione Terzo Pilastro – Internazionale.

Kelliem għall-Universita’ ta’ Malta iddeskriva dawn il-fondi għar-riċerka bħala opportunita’ unika, u qali li għalkemm tul dawn it-tmien snin ir-riċerka għall-kanċer kienet gawdiet minn kważi €1m, l-akkademiċi issa ser jkollhom l-opportunita’ li jutilizzaw nofs miljun ewro kull sena.

Ic-Chairperson tal-Fondazzjoni Marie-Louise Coleiro Preca, qalet li din l-okkażjoni hija punt importanti fl-istorja tal-Emanuele Cancer Research Foundation Malta u esprimiet it-tama tagħha li din is-sejħa twassal sabiex jiġu mħajra riċerkaturi żgħażagħ u xjentisti li huma ppassjonati fuq il-potenzjal tagħhom biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ kull min hu milqut mill-marda tal-kanċer.

“Il-viżjoni tal-Fondazzjoni kienet, u tibqa’, sabiex tnaqqas l-impatt u l-piż tal-marda tal-kanċer fuq il-poplu ta’ Malta, tar-reġjun tal-Mediterran u globalment, billi tappoġġa u tippromwovi riċerka eċċellenti dwar il-kanċer,” tenniet Coleiro Preca waqt il-konferenza stampa tal-lum.

“Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li llum qed inniedu din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Dan huwa l-mument li t-tlett entitajiet ko-fundaturi ilhom jistennew, sa minn meta bdejna t-taħditet biex tiġi stabbilita l-Emanuele Cancer Research Foundation.”

Bħalissa, hemm 60 student, akkademiċi u tobba mill-isptar Mater Dei, mmexxija minn 10 principal investigators, li qed jaħdmu fuq riċerka marbuta mal-kanċer fl-Universita’ ta’ Malta. Dawn ir-research grants ser jkunu disponibbli għal riċerkaturi li jaħdmu fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, u ser jagħtu spinta lill-proġetti kurrenti, billi jgħinu sabiex il-ħidma titkompla b’pass aktar mgħaġġel; sabiex ssir ħidma fuq clinical trials; sabiex ikun jista’ jsir pjan aktar fit-tul, u jiġu kkrejati opportunitajiet ġodda għal riċerka ġdida.

Dawn il-fondi ser jkunu wkoll pass kbir ‘il quddiem għar-riċerkaturi u ser ipoġġu lil Malta fuq il-mappa tar-riċerka dwar il-kanċer, filwaqt li ser jattrattaw kollaboraturi mill-laboratorji prinċipali minn madwar id-dinja.

Dawn il-fondi ser jingħataw biex jappoġġjaw riċerka fundamental u traslazzjonali fosthom ġenetika, pharmacogenomic, proteomics, pharmaceutical, cellular, u riċerka pre-clinical in vivo fuq il-kawżiet, il-mekkaniżmi, id-dijanjożi, t-trattament u l-prevenzjoni tal-kanċer. L-applikazzjoni tista tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni (ecrfmalta.com) jew billi tintbagħat email fuq [email protected]

L-applikazzjonijiet ser jiġu riveduti minn Reviewing Board kompost minn riċerkaturi stabbiliti ġejjin mill-istituzzjonijiet ta’ riċerka rinomati li magħhom, il-Fondazzjoni ffirmat Memorandum of Understanding.

Il-Professur Emmanuele Emanuele – Baruni ta’ Culcasi u President ta’ Fondazione Terzo Pilastro Internazionale, u ko-fundatur tal-Emanuele Cancer Research Foundation qal li “it-tnedija tal-lum tfisser pass ieħor fil-ġlieda tal-Fondazzjoni kontra din il-marda qerrieda, li ma’ taffettwax biss lil Malta u lill-Mediterran, iżda lid-dinja kollha.”

Fil-fatt, il-Fondazzjoni qiegħda kontinwament tfittex li toħloq kollaborazzjonijiet fuq livell reġjonali u globali, u diġa ġibdet l-attenzjoni ta’ Istituti li jispeċjalizzaw fir-Riċerka dwar il-Kanċer, fl-Ewropa u fiċ-Ċina.

Il-Fondazzjoni, għandha laboratorju avvanzat u mogħni bl-aħħar tagħmir, li qiegħed ibbażat fl-Universita’ ta’ Malta.

L-intervent tal-Fondazione Terzo Pilastro kien strumentali sabiex jiġi assigurat l-aktar tagħmir mediku avvanzat għal dan il-laboratorju.

Dan l-aħħar tagħmir jippermetti lir-riċerkaturi biex jinvestigaw bir-reqqa firxa wiesgħa ta’ oqsma, minn frammenti ta’ DNA multipli jew singoli, sejbien ta’ tumuri, bijomarkaturi tal-kanċer u ħafna iktar.

 

TMIEM

 

 

Aktar informazzjoni dwar The Emanuele Cancer Research Foundation Malta tista tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni www.ecrfmalta.com jew inkella fuq il-mezzi soċjali tal-Fondazzjoni (Facebook/Twitter/Instagram): @ecrfmalta

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2023   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt