Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Marie-Louise Coleiro Preca iżżur l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien bħala parti mill-attivitajiet marbuta mat-Tielet Qaritona Nazzjonali organizzata minn The Malta Trust Foundation

Home » Press Centre » Ritratti » Marie-Louise Coleiro Preca iżżur l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien bħala parti mill-attivitajiet marbuta mat-Tielet Qaritona Nazzjonali organizzata minn The Malta Trust Foundation
February 13, 2020

Dalgħodu bdejt il-ġurnata ġewwa l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien, parti mill-Kulleġġ St Thomas More, waqt sessjoni ta’ qari u attivita’ marbuta mat-Tielet Edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali fl-Iskejjel Primarji, proġett ta’ The Malta Trust Foundation flimkien ma’ l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Għal darb’oħra tkellimna fuq il-ħsieb wara l-Qaritona Nazzjonali li huwa maqsum fi tnejn. Fuq naħa, permezz ta’ dan il-proġett, naraw li nkomplu nħaddnu fit-tfal l-imħabba għall-qari, u nfakkru li permezz tal-qari t-tfal jitgħallmu kif isiru ħassieba kritiċi. Fuq in-naħa l-oħra ta’ dan il-proġett hemm l-importanza tal-valuri tas-solidarjeta’ u tal-ġenerożita’, għaliex it-tfal, jgħinu sabiex jinġabru fondi li eventwalment jintużaw sabiex jinxtara’ apparat custom-made għal tfal li huma neqsin mill-viżta, jew li huma fuq l-ispettru ta’ l-awtiżmu.

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2023   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt