Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Marie-Louise Coleiro Preca tindirizza t-tnedija tal-ktieb “Home is” ippubblikat minn YMCA Valletta

Home » Press Centre » Ritratti » Marie-Louise Coleiro Preca tindirizza t-tnedija tal-ktieb “Home is” ippubblikat minn YMCA Valletta
July 12, 2019January 22, 2020

Li jkollok dar, mhuwiex biss dritt uman, imma huwa wkoll essenzjali għal saħħitna.

Id-dritt ta’ fejn ngħixu m’huwiex privileġġ, imma joħroġ mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Għaldaqstant, bħala soċjetà li niprofessaw il-ġustizzja soċjali, irridu nwettqu dan id-dritt ħalli kulħadd ikun jista’ jgawdi d-dar tiegħu.

Il-ktieb “Home is…” li ġie mniedi llum minn YMCA Valletta jgħaqqad sew fuq it-tifsira ta’ x’inhi dar, ta’ xi jfisser li jkollok il-lok li inti ssejjaħlu d-dar tiegħek, ħaġa li tagħtik sens ta’ wellbeing komplut, għaliex inti fid-dar tiegħek tħossok komdu, u tħossok li tkun int. Allura b’hekk inti jkollok is-sens ta’ paċi, sens ta’ rispett u s-sens ta’ dak kollu li jagħmlek tħossok tajjeb. Min-naħa l-oħra, ir-riċerka turina li meta persuna ma’ jkollhiex post li tkun tista’ ssejjaħlu d-dar tiegħu jew tagħha, dan ikollu effett saħansitra fuq is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali tal-persuna.

Minn qalbi nixtieq nifraħ lill-YMCA u lil kull min kien parti minn dan il-ktieb.

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2025   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt