Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Marie-Louise Coleiro Preca tippressjedi ċerimonja ta’ iffirmar ta’ ftehim ma’ Richmond Foundation sabiex jiġu ffaċilitati korsijiet fil-Mental Health First Aid f’diversi istituzzjonijiet edukattivi

Home » Press Centre » Ritratti » Marie-Louise Coleiro Preca tippressjedi ċerimonja ta’ iffirmar ta’ ftehim ma’ Richmond Foundation sabiex jiġu ffaċilitati korsijiet fil-Mental Health First Aid f’diversi istituzzjonijiet edukattivi
October 9, 2019January 22, 2020

“Wara proġett pilota li The Malta Trust Foundation iffaċilitat permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ dwar Mental Health First Aid għall-istudenti Universitarji, b’kollaborazzjoni mal KSU – Kunsill Studenti Universitarji, il-Fondazzjoni, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali, qed tiffaċilita aktar korsijiet fl-istess qasam, għall-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi oħra. Dan qiegħed isir bil-għan li l-istudenti jiksbu l-ħiliet sabiex jegħlbu diffikultajiet ta’ saħħa mentali.

Il-Fondazzjoni qed tieħu din l-inizjattiva mal-KNŻ – Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, għaliex f’policy document maħruġ mill-istess kunsill fuq is-saħħa mentali u ż-żgħażagħ, enfasizzaw l-importanza tat-taħriġ fil-Mental Health First Aid.

Dan it-taħriġ fil-Mental Health First Aid, li ser jitmexxa bl-assistenza teknika ta’ Richmond Foundation – Malta, ser jgħin biex iż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jidentifikaw u joffru s-sostenn u l-appoġġ lil sħabhom li jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali.

Jeħtieġ li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu kapaċi jaffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja. Għaldaqstant, bħala Fondazzjoni aħna ħassejna l-bżonn li ninvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, ħalli jiksbu l-ħiliet meħtieġa, sabiex jkollna komunitajiet b’saħħithom u reżiljenti.”

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2025   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt