Presidenza li se tagħti vuċi u viżibilita’ lit-tfal

Il-Presidenza se tkun qed tagħti vuċi u viżibilità lit-tfal li huma l-preżent u l-futur tas-soċjetà Maltija.
Dan sostnietu l-President Marie-Louise Coleiro Preca waqt li kienet qed tindirizza konferenza b’rabta mal-qasamtal-counselling mat-tfal, organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Counselling.

Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar il-ħtieġa li t-tfal jinstemgħu u għalhekk il-professjonijiet marbuta mas-settur psikosoċjali huma importanti.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca uriet it-tħassib tagħha għal unaccompanied minors li waslu fi ġżiritna
wara t-traġedji li ġraw fuq il-baħar fl-aħħar xhur.

Spjegat kif irid isir djalogu effettiv mal-komunità internazzjonali biex jiġu indirizzati l-kunflitti li huma l-kawża ewlenija tat-traġedji umani li qed jolqtu anki lit-tfal.

Fi tmiem l-indirizz il-President faħħret din il-konferenża internazzjonali li kapaċi tixpruna ideat sabiex nindirizzaw l-aspirazzjonijiet tat-tfal.