Stqarrija mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca

Kull meta jinqalgħu kwistjonijiet bħal ma’ qiegħed jiġri fil-Kottonera, niftakar dejjem x’jgħiduli t-tfal u ż-żgħażagħ dwar kemm jixtiequ li jkollhom aktar spazji ta’ rikrejazzjoni u ta’ serħan il-moħħ. Illum ftakart f’dan għaliex għada, għadd ta’ għaqdiet volontarji ser jingħaqdu ma’ dawk kollha li diġa wrew it-tħassib u l-inkwiet tagħhom dwar l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-proġett tal-American University of Malta ġewwa l-Kottonera, bit-teħid ta’ spażji pubbliċi li sal-lum qed jitgawdew mit-tfal, miż-żgħażagħ, mill-anzjani u mill-familji in ġenerali ta’ dawn l-inħawi.

Nixtieq ningħaqad magħhom, fl-appell tiegħi lill-awtoritajiet, biex kif fis-snin li għaddew, sebħu il-kosta tal-Kottonera, jkomplu jsostnu din il-viżjoni billi jassiguraw li dawn l-ispazji jkomplu jitgawdew mit-tfal, miż-żgħażagħ, mill-anzjani u mill-komunita’ kollha.