Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

It-tfal kultant jigdbu fuq il-familji LGBTIQ+ tagħhom biex jaħarbu mill-bullying

Home » Press Centre » Ritratti » It-tfal kultant jigdbu fuq il-familji LGBTIQ+ tagħhom biex jaħarbu mill-bullying
September 12, 2019December 18, 2019

Tfal ta’ familji LGBTIQ+ jħossuhom preklużi mill-ibuljar fl-iskejjel, u l-President Emeritu qed tħeġġeġ lill-edukaturi biex jieħdu l-pass u jsiru champions ta’ l-inklużjoni.

Marie-Louise Coleiro Preca, li tmexxi il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, qalet li Malta kienet pijuniera bil-bidliet leġiżlattivi f’dan is-settur, iżda jekk irridu li jkollna soċjetà li tkun inklussiva, huwa fundamentali li jkun hemm proċessi ta’ djalogu sereni u mingħajr ħjiel ta’ vjolenza.

Hija tenniet li temmen “li tfal imrobbija minn persuni LGBTIQ+ jistgħu jirnexxu aħjar jekk is-soċjetà tagħna tiffavorixxi b’mod effettiv kultura ta’ inklużjoni u ġustizzja. Għandna bżonn ninvolvu ruħna fi djalogu ma’ kulħadd, inkluż ma’ dawk li jopponu l-bidla, u anke meta l-argumenti tagħhom jistgħu jidhru irrazzjonali u irraġonevoli.”

Marie-Louise Coleiro Preca kienet qed titkellem f’konferenza stampa llum biex tfakkar il-Malta Pride Week u biex tiġi ċċelebrata l-ewwel sena mill-ħolqien ta’ “The Rainbow Families Network”, inizjattiva konġunta mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà u l-Malta LGBTIQ + Rights Movement (MGRM).

Dan in-network twaqqaf biex jipprovdi spazju safe fejn familji LGBTIQ+ jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’ambjent sigur ‘il bogħod mill-preġudizzji tas-soċjetà.

Sal-lum, 36 ġenitur u 30 tifel u tifla ta’ orjentazzjonijiet differenti sabu l-appoġġ f’dan in-Network, u waħda mill-kwistjonijiet rikurrenti li ħarġu waqt il-laqgħat regolari kienet l-ibbuljar, flimkien ma’ prattiki skolastiċi inadegwati li awtomatikamentemarġinawhom.

Marzia Farrugia, li serviet bħala koordinatriċi tan-Network tul din is-sena, qalet li t-tfal LGBTIQ+ ħassewhom inviżibbli fil-klassi u tixtieq li l-istrutturi tal-familja tagħhom jiġu rikonoxxuti.

Is-sinjorina Farrugia qalet li “t-tfal jħossu li ‘jeħtieġu’ jigdbu fuq il-familja tagħhom, sabiex jevitaw li jiġu bullied, esklużi jew mistħija. F’Jum l-Omm, jew f’Jum il-Missier, kienu ftit it-tfal li ngħataw alternattivi biex jagħżlu ġenitur sinifikanti biex jagħmlu l-kartolina tagħhom.”

Dan ir-rispons ħeġġeġ lin-Netwerk biex jibda joffri taħriġ għall-edukaturi u l-professjonisti psikosoċjali li jaħdmu fi skejjel tal-Istat, tal-Knisja u f’dawk indipendenti, biex jippermettulhom jittrattaw ir-realtajiet ta’ familji differenti.

Matul is-sena li għaddiet, l-MFWS issieħbet ma’ ILGA (The International Lesbian, Gay, Bisexual, Trans and Intersex Association) u man-NELFA (Network of European LGBTIQ+ Families Association). Dan ipprovda dimensjoni internazzjonali u riżorsi addizzjonali għall-Fondazzjoni – riżorsi li jistgħu jintużaw mill-familji f’Malta.

B’ħarsa ‘il quddiem, Raisa Bartolo, li ser tkun il-koordinatriċi ta’ dan il-proġett, qalet li n-Network qed jaħdem biex jespandi s-servizzi tiegħu għal membri oħra tal-komunità LGBTIQ+. trans* Dan sabiex in-network jgħin itejjeb il-wellbeing tagħhom u jikkontribwixxi aktar biex tinħoloq soċjetà inklussiva li tassew tivvaluta u tiċċelebra d-diversità.

Alex Caruana, Community Outreach Officer ta’ l-MGRM, qal li kien sodisfatt li jara l-membri tan-Network aktar kunfidenti matul is-sena li għaddiet u jsiru attivisti tal-bidla.

“Matul is-sena d-dieħla, qed nippjanaw li nilqgħu lill-adulti li jidentifikaw bħala trans*, għaliex aħna nħossu li huwa importanti għalihom li jkollhom ukoll spazju safe u mingħajr preġudizzju, fejn jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jaħdmu flimkien lejn soċjetà inklussiva.

 

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2023   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt