Dan intqal waqt laqgħa li saret bejn il-President Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjura Dolores Cristina.
Il-President Coleiro Preca sostniet li huma t-tnejn qed jagħtu l-ogħla profil lin-nisa f’Malta.
Hija rreferiet għall-kollaborazzjoni li ż-żewġ nisa ħadmu flimkien fil-passat u spjegat kif l-irwol tal-Aġent President mhux se jkun biss meta l-President tkun fuq ħidma barra minn Malta iżda l-kontribut tal-Aġent President huwa importanti matul it-terminu sħiħ ta’ din il-Presidenza.
Matul id-diskussjoni intqal kif it-tnejn li huma għandhom oqsma komuni li ħadmu fihom fosthom it-tfal, il-persuna b’diżabilità u l-vjolenza domestika.
Is-Sinjura Dolores Cristina rringrazzjat lill-President Marie-Louise Coleiro Preca tal-fiduċja lejha u sostniet li qed tħares ’il quddiem biex taħdem flimkien magħha.