Fil-Palazz ta’ San Anton, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-iffirmar ta’ tliet memoranda of understanding b’rabta mal-Inizjattiva tal-Impjieg (The Employment Initiative), ikkordinata minn The President’s Trust.
Il-President Coleiro Preca qalet li permezz tal-Employment Initiative, lif’dawn is-sentejn minn mindu ġiet mnedija rreġistrat suċċess fost dawk li pparteċipaw, il-Malta Association for Supported Employment toffri s-servizz ta’ life skills lil dawn iż-żgħażagħ, filwaqt li l-President’s Trust toffri s-servizz ta’ mentoring.
Bis-saħħa tal-memoranda li ġew iffirmati llum, il-President tenniet li “issa permezz tal-kollaborazzjoni ġdida mal-Malta Employers’ Association, żgur li ser nkomplu nkabbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, filwaqt li bis-saħħa ta l-assistenza teknika tas-Sur Michael Evans, se nkunu nistgħu nirfinaw u ntejbu il-mod ta’ kif naħdmu.”
Il-President Coleiro Preca rringrazzjat lill-voluntiera u lill-kollaboraturi kollha li b’xi mod jew ieħor għamlu din l-inizjattiva suċċess.
Il-Professur Peter Mayo ffirma il-memoranda of understanding f’isem The President’s Trust, filwaqt li s-Sinjura Marthese Mugliette ffirmat f’isem il-Malta Association for Supported Employment, u s-Sinjura Dolores Sammut Bonnici ffirmat f’isem il-Malta Employers’ Association.