Diskors mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-okkażjoni tal-International Day Against Homophobia, Transphobia, and Biphobia (Idaho) u t-tnedija tal-pubblikazzjoni ta’ Drachma

Huwa pjaċir tiegħi ningħaqad magħkom illum, biex niċċelebraw ix-xogħol ta’ Drachma matul is-snin u biex nieħdu sehem fit-tnedija ta’ din il-ktieb – ULIEDNA RIGAL.

 

Ingħaqadna wkoll biex flimkien infakkru l-Jum Kontra l-Omofobija (Homophobia), it-Transfobija(Transphobia) u l-Bifobija (Biphopia).

 

Jinħtieġ niftakru l-bżonn li nqajmu kuxjenza dwar il-vjolenza u d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom l-komunitajiet LGBTIQ madwar id-dinja, u naħtfu din l-opportunità biex tassew nieħdu azzjoni.

 

Ejjew niċċelebraw il-fatt  li  IlGA-Europe, l-għaqda internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, irrokonoxxiet lil Malta bħala l-ewwel fejn jidħlu d-drittiijiet LGBT fl-Ewropa.  B’danakollu irridu wkoll nirrikonoxxu illi għad fadal ħafna x’isir fost il-familji tagħna, il-komunitajiet u s-soċjetà tagħna jekk irridu naraw li l-liġijiet u l-policies pożittivi li addottajna fl-aħħar snin iġibu dik il-bidla li tinħass fil-ħajja tal-individwi fil-Gzejjer Maltin.

 

Ir-rwol speċjali tal-Knisja f’Malta, bl-influwenza qawwija li għandha, biex dawn il-miri jintlaħqu,  huwa ċar. Għadaqstant ippermettuli nisħaq fuq il-messaġġ tal-Papa Franġisku. tal-pontifikat sħiħ tiegħu, messaġġ ta’ ħbiberija u inklużjoni.  Ejjew ninkoraġġixxu kull individwu f’Malta u Għawdex, biex jgħixu l-verità tal-identità tagħhom mingħajr biża’ jew mistħija, u biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-bqija tas-socjetà.

 

Is-sena l-oħra iltqajt mar-Reverendu James Alison, waqt taħdita pubblika imtellgħa f’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Tiegħi għall-Ġid tas-Soċjetà u Drachma.  Ir-riflessjonijiet profondi  tar-Reverendu Alison għal teloloġija li tersaq dejjem eqreb lejn l-inklużjoini ta’ persuni LGBTIQ  fil-kominitàKattolika, kienu bħal raġġ ta’ tama għal dawk kollha li semgħuh.

 

Din mhiex inklużjoni li tqis lill-oħrajn bħala ċittadini tat-tieni klassi. Mhijiex sempliċiment tolleranza għad-diversità.  Jinħtieġ li l-kultura ta’ inkluzjoni tkun ċelebrazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħna, bħala indivdwi u bħala komunità, fil-ħolqien tal-ġid tas-soċjetà tagħna.  Dan ifisser li aħna lkoll għandna d-dmir li nibnu kultura ta’ għaqda u sliem.

 

Irridu naħdmu biex noħolqu ambjent fejn kull ħajja, speċjalment dik vulnerabbli, għandha valur.  Irridu lkoll flimkien nieqfu kontra lil min irid ixerred messaġġ ta’ mibgħeda u vjolenza.

 

Il-ktieb li qed jitnieda llum huwa pass ieħor fit-triq li twassalna għall-kisba ta’ dawn il-miri.  Joffrilna t-tweġibiet għall-l-aktar mistoqsijiet fundamentali mqajma waqt id-diskussjonijiet u l-laqgħat tal-gruppi fi ħdan id-Drachma u Drachma  Parents.  Dan il ktieb għandu jagħti s-setgħa lil ġenituri, lil persuni LGBTIQ  u lil membri kollha tal-komunità estiżi tagħhom,  li jiksbu tagħrif u sens ta’ solidarjetà mill-esperjenzi ta’ ħaddieħor.

 

Naf li l-ħoqien ta’ “spazji siguri” huwa element mportanti fil-valuri ta’ Drachma. U propju dan il-valur dejjem kien ċentrali fil-ħidma tal-Fondazzjoni tiegħi, li tfittex li toħloq spazji siguri u ta’ rispett għal nies minn kull faxxa tas-soċjetà, u ta’ kull ġeneru w orjentazzjoni sesswali.

 

Il-kuraġġ tagħkom  huwa dawl għal min iħossu waħdu u maqtugħ minn kulħadd. Jibgħat messaġġ qawwi ta’ parteċipazzjoni, ta’ rispett  u ta’ trasformazzjoni.  Il-misteru tal-imħabba t’Alla huwa l-qofol tax-xhieda tagħkom; huwa dak li jnebbaħ ix-xogħol  li tagħmel  Drachma biex tilħaq lill-LGBTIQ Kattoliċi, lill-familji u l-ħbieb tagħhom, u lill-Knisja kollha f’Malta.

 

Irridu niftakru li l-vera awtorità mhiex qegħda biss fl-istituzzjonijiet u  l-organizzazzjonijiet. Huma n-nies infushom li jispiraw l-awtorità; huma n-nies infushom li jispiraw sens ta’ missjonii u appoġġ; huma n-nies infushom li huma l-ħajja ta’ dan il-pajjiż.

 

Bħala għaqda Nisranija, intom sibtu l-għeruq tagħkom fi tradizzjonijiet ta’ fidi li jistgħu, kultant, jidhru ostili għall-identià tagħkom.

 

Ejjew għalhekk naħdmu flimkien biex inrawwmu komunitajiet li jħarsu d-dinjità ta’ kull membru tas-soċjetà, dejjem u b’kull mod.

 

Dan il-ktieb huwa riżorsa mprezzabbli li jista’ idawwal it-triq ‘l quddiem għal-ħafna min nies. Grazzi tal-kontribut tagħkom għall-bidla tan-nazzjoni tagħna.  Grazzi  għas-sehem tagħkom fil-bini ta’ kultura ta’ paċi fil-Gżejjer Maltin, għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada.
Nirringrazzjakom.