Dalgħodu fil-Palazz il-Belt, il-Kummissarju Ewropew Dr Tonio Borg għamel żjara ta’ korteżija lill-President Marie-Louise Coleiro Preca. Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-importanza għall-iżvilupp tal-għarfien dwar fost l-oħrajn il-kulturi u r-reliġjonijiet differenti biex jibqa’ jitwassal mesaġġ pożittiv ta’ għaqda. Ġie rrimarkat li ż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati taw l-appoġġ lil din il-Presidenza u dan jagħti aktar responsabbiltà. Ġew diskussi wkoll l-inugwaljanzi li jeżistu fl-Unjoni Ewropea fosthom fis-settur tas-saħħa u tax-xogħol.