Fittex

Skip to content
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
  • Agħmel Kuntatt

Il-Litteriżmu huwa Dritt

Home » Press Centre » Stqarrijiet » Il-Litteriżmu huwa Dritt
September 8, 2019September 10, 2019

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Litteriżmu, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà tappella lill-awtoritajiet Maltin biex jagħmlu minn kollox ħalli l-illitteriżmu jintemm minn pajjiżna. Fid-dawl tal-Kostituzzjoni Maltija, il-Fondazzjoni tqis il-litteriżmu fiż-żewġ ilsna uffiċjali (il-Malti w l-Ingliż), bħala dritt fundamentali u indispensabbli għall-iżvilupp personali, soċjali, kulturali u ekonomiku tal-popolazzjoni Maltija.

Il-Fondazzjoni tinnota li skont l-Labour Force Survey, aktar minn nofs tal-ħaddiema għandhom livell baxx ta’ ħiliet, inkluż fil-litteriżmu.  Il-Fondazzjoni ssostni li pajjiżna li qiegħed jaspira għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u ġust, ma jista’ qatt jaċċetta s-sitwazzjoni attwali fil-qasam tal-litteriżmu u ħiliet oħra.

Ir-riżultati ta’ testijiet lokali u internazzjonali fil-qasam tal-litteriżmu jindikaw li Malta mhux biss għad għandha problema fil-litteriżmu bażiku u funzjonali, iżda wkoll, għandha problema ferm akbar fil-ħiliet l-aktar sofistikati tal-litteriżmu (eż. L-analiżi tat-test u l-ħsieb kritiku). Dawn il-ħiliet mhux biss huma importanti għall-ekonomija, iżda wkoll huma kruċjali għal demokrazija li taspira li tikber fiċ-ċittadinanza attiva.

Mingħajr dawn il-ħiliet, il-poplu jaf jibqa’ imxekkel milli jkun protagonist, fit-tisħiħ tal-kultura demokratika f’pajjiż.

Il-Fondazzjoni tawgura li l-awtoritajiet jkomplu bil-ħidma tagħhom b’risq livell ta’ litteriżmu għoli fil-pajjiż; tirringrazzja lil kull min qiegħed jaħdem fil-qasam; tappella lill-ġenituri biex jpoġġu l-litteriżmu fiċ-ċentru tal-ħajja tal-familja; u, tħeġġeġ biex dawk li huma meqjusa diffiċli biex jintlaħqu, nkomplu nħabtulhom il-bieb tad-dar u ngħinuhom b’kull mod, sabiex il-litteriżmu jsir parti minn ħajjithom.

 

Lura għal Stqarrijiet
Office of the President Emeritus,
Notre Dame Gate, Calcedonius Square, Floriana
© Government of Malta 2025   |   Termini tal-użu
L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca
President Emeritu ta’ Malta
  • Marie-Louise Coleiro Preca
    • Bijografija
    • Premjijiet, Ħatriet u Diskorsi fuq Livell Internazzjonali
    • Unuri
    • Back
  • Inizjattivi
  • Diskorsi
  • Press Centre
    • Filmati
    • Ritratti
    • Stqarrijiet
    • Informazzjoni għall-Media
    • Back
  • Agħmel Kuntatt