Kmieni dalgħodu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca, ħallew Malta għal żjara uffiċjali fil-Polonja, fl-okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-25 sena Anniversarju tal-Ħelsien tal-Polonja.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca mistennija jirritornaw nhar il-Ħamis 5 ta’ Ġunju filgħodu.
Sadanittant is-Sinjura Dolores Cristina hija l-Aġent President.