Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, żaret il-komunità tas-Sorijiet Agostinjani ġewwa Londra.
“Bħal kull sena l-laqgħa li jagħtuna s-Sorijiet Agostinjani tkun waħda mill-aktar emozzjonali. Ħadt gost li rajt li l-proġett li għandhom għaddej għall-manteniment u l-iżvilupp tad-dar miexi b’pass mgħaġġel u ħassejtni kburija li permezz ta’ fondi mill-Istrina, l-poplu Malti u Għawdxi kkontribwixxa għal dan il-proġett, sabiex is-Sorijiet jkunu jistgħu jilqgħu pazjenti Maltin u Għawdxin f’ambjent aktar komdu,” stqarret il-President.