Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet grupp ta’ studenti mill-Iskola ta’ Ħal Kirkop, parti mill-Kulleġġ San Benedittu. Il-President Coleiro Preca, filwaqt li faħħret lill-istudenti wara li dawn tellgħu produzzjoni teatrali li tiffoka fuq l-inklużjoni u d-diversità, ħeġġithom biex jibqgħu jkunu l-attivisti tal-inklużjoni, tad-diversità u tal-għaqda, kemm issa fil-preżent, kif ukoll għada pitgħada meta huma jkunu l-mexxeja ta’ pajjiżna.