Kmieni dalgħodu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca, ħallew Malta lejn il-Marokk biex jattendu għall-25 Laqgħa Annwali ta’ Crans Montana Forum ospitat mill-Islamic Educational, Scientific and Cultural Organization (ISESCO).
Il-President Coleiro Preca se tindirizza s-sessjoni annwali bit-tema ‘Heading to the South-South not only a strategy but a necessity!’.
Hija mistennija tingħata ġieħ permezz tal-The Prix De La Fondation Award.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca mistennija jirritornaw nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju.
Sadanittant is-Sinjura Dolores Cristina hija l-Aġent President.