Il-President ta’ Malta f’laqgħa mal-President Taljan Sergio Mattarella

Illum ġewwa l-Palazz tal-Quirinale f’Ruma l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha laqgħa kordjali mal-President tar-Repubblika tal-Italja Sergio Mattarella.

Waqt din il-laqgħa ġiet diskussa l-aġenda tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġew diskussa wkoll it-temi li se jkunu qed jiġu trattati waqt il-laqgħa tal-grupp tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, il-grupp Arraiolos, li ser ikun qiegħed jiltaqa’ f’Malta f’Settembru li ġej.

Iż-żewġ Presidenti ddiskutew ukoll ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u l-Italja, anke fid-dawl taż-żjara statali li ser ikun qiegħed jagħmel il-President Mattarella f’Malta aktar tard din is-sena.

 

Video linkhttps://we.tl/olHozZKP1s