Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret l-appartamenti ta’ Puttinu Cares ġewwa Sutton fejn iltaqgħet mal-pazjenti li bħalissa qegħdin joqgħodu f’dawn l-appartamenti, fosthom iċ-ċkejkna Ellie, l-iżgħar pazjenta Maltija li qed tistenna trapjant tal-fwied. Il-President irringrazzjat għal darb’oħra lill-poplu Malti u Għawdxi li permezz tal-ġenerożità tiegħu, il-Malta Community Chest Fund Foundation tkun tista’ tgħin familji bħal ta’ Ellie fl-ispejjeż tal-vjaġġi, ikel, trasport u affarijiet ta’ bżonn ta’ kuljum sakemm idumu barra minn Malta għall-kura.