Il-President ta’ Malta tagħti mediċina tal-Hepatitis C b’xejn lill-Gvern b’valur tas-suq ta’ €1.2 miljun

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San Anton, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca  ppreżentat b’xejn lill-Gvern mediċina li tikkura kompletament il-Hepatatis C b’valur tas-suq ta’ €1.2 miljun. Permezz tal-ħidma li saret mill-President u mill-Malta Community Chest Fund, b’din il-mediċina b’xejn b’valur tas-suq ta’ €1.2 miljun,  id-Dipartiment tas-Saħħa se jkollu mediċina biex jibda jfejjaq lin-nies li qed isofru mill-marda tal-Hepatitis C. Il-mediċina ġiet ippreżentata lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne.

 

Il-President qalet li tinsab sodisfatta li wara  sena u nofs ta’ ħidma min-naħa tagħha u mill-Malta Community Chest Fund, irnexxielha ġġib prezzijiet straordinarji għall-mediċina li tikkura kompletament il-Hepatitis C. Il-President spjegat li dan seta’ seħħ wara li sena u nofs ilu bdiet  tiddiskuti mal-ispeċjalisti fis-settur li ġabu għall-konoxxenza tal-President din il-mediċina ġdida li tikkura kompletament il-Hepatitis C. Il-President spjegat kif flimkien mas-suppliers f’Malta, A M Mangion u l-kumpannija globali Gilead li żviluppat u timmanifattura din il-mediċina, saru diversi negozjati, kemm f’Malta u kemm barra minn Malta, li wassal biex inġieb prezz straordinarju ta’ mediċina li se tfejjaq lill-Maltin li jsofru mill-marda tal-Hepatitis C.

 

Il-President qalet li huwa ta’ sodisfazzjon li l-Gvern ta widen għall-appelli li saru, kemm minnha u mill-Malta Community Chest Fund, biex il-mediċina jagħtiha l-Gvern mill-iskema tas-saħħa; u dan għaliex għal dawn l-aħħar għaxar snin kienet il-Malta Community Chest Fund li kienet qed tissuplixxi l-mediċina ta’ dak iż-żmien għal dawk morda bil-Hepatitis C.

 

PRESS RELEASE ISSUED BY THE OFFICE OF THE PRESIDENT

 

The President of Malta hands over Hepatitis C Medication to the Government of Malta at market value of €1.2 million

 

During a press conference at San Anton Palace, the President of Malta, Marie-Louise Coleiro Preca handed over medication, which totally cures Hepatitis C, at market value of €1.2 million. Thanks to negotiations carried out by The President and the Malta Community Chest Fund, which resulted in this free medication, the Health Department is going to have the required medications to start curing people who are suffering from Hepatitis C.  The medication was presented to Parliamentary Secretary for Health Chris Fearne.

 

The President said that she is satisfied that after a year and a half of negotiations and talks, she has managed to get extraordinary prices for this medicine, which totally cures Hepatitis C. The President initially held talks with specialists who made her aware of the new complete cure for Hepatitis C. Further discussions were held with the pharmaceutical company supplying the drug in Malta, A M Mangion Ltd., and Gilead, the global company that developed and manufactured the cure. Following negotiations held both in Malta and abroad, the President succeeded in attaining exceptional rates to provide the cure for Hepatitis C.

 

The President said that it is gratifying that the Government heeded the appeal made by herself and the Malta Community Chest Fund for the medicine to be given through the Government Health Service. It is to be noted that for the last decade, the Malta Community Chest Fund funded the treatment for Hepatitis C available at the time.

 

Ritratti (OPR)