Il-President ta’ Malta tilqa’ lill-President tal-Litwanja

Illum, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet lill-President tal-Litwanja Dalia Grybauskaitė.

Waqt din il-laqgħa, il-Presidenti tkellmu fuq diversi temi, fosthom fuq it-tisħiħ tal-Council of World Women Leaders, Kunsill li tiegħu l-President Coleiro Preca hija membru u li l-President Grybauskaitė hija Chairperson.

Iż-żewġ Presidenti tkellmu wkoll fuq it-temi prinċipali li ntagħżlu minn Malta għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, anke fid-dawl tas-summit li ser ikun qiegħed isir għada.