Il-President tattendi it-38 sessjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO

Illum, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet bl-impenn uffiċjali tagħha waqt żjara ta’ jumejn għall-konferenza ġenerali tal-UNESCO f’Pariġi, li qiegħda ssir ukoll hekk kif il-UNESCO qed tagħlaq 70 sena mit-twaqqif tagħha.

 

Mal-wasla tagħha fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNESCO, Marie-Louise Coleiro Preca kienet milqugħa mill-Assistent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Informazzjoni Pubblika, is-Sur Eric Falt u ttieħdet f’Salle 1, fejn qed issir l-Konferenza Ġenerali, wara li ffirmat u ħalliet messaġġ fuq il-ktieb tal-viżitaturi.

 

F’din in-nota, il-President ta’ Malta saħqet li “f’dan iż-żmien sensittiv u vulnerabbli għad-dinja kollha, il-missjoni tal-UNESCO, iktar minn qatt qabel, għandha tkun ta’ prijorità”.

 

Intant, il-President ingħaqdet ma’ bosta Kapijiet ta’ Stati oħrajn, hekk kif il-Konferenza Ġenerali ingħaqdet mal-kumplament ta’ Franza u ġiet osservata minuta ta’ silenzju biex jiġu mfakkra l-vittmi tal-attakki li seħħew nhar il-Ġimgħa li għadda, fiċ-ċentru ta’ Pariġi.

 

L-impenji tal-President ta’ Malta jkomplu aktar tard illum, hekk kif se jkollha laqgħa bilaterali mad-Direttur General tal-UNESCO, Irina Bokova fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNESCO. Il-President ta’ Malta ser tkun qed tindirizza it-38 sessjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO għada t-Tlieta 17 ta’ Novembru, wara stedina personali minn Irina Bokova fi New York f’Settembru li għadda, fiż-żmien li l-President ta’ Malta indirizzat is-Summit tal-Ġnus Magħquda dwar l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli.

The President attends the 38th Session of the UNESCO General Conference

 

Today, the President of Malta Marie-Louise Coleiro Preca started her official duties on her two-day visit at the General Conference of UNESCO, in Paris, which coincides with the 70th Anniversary of the UNESCO.

 

Upon her arrival at the UNESCO General Headquarters, Marie-Louise Coleiro Preca was greeted by Mr Eric Falt, Assistant Director-General for External Relations and Public Information and was escorted to Salle 1 where the General Conference is being held, after signing the Livre d’Or of the UNESCO.

 

In her written note in the Livre d’Or, the President of Malta stated that “at this very sensitive and vulnerable time for the world, UNESCO’s mission is more than ever before, a priority”.

 

The President then joined other Heads of State as the General Conference observed a minute of silence as a sign of respect for the victims of last Friday’s attacks in Central Paris.

 

President Marie-Louise Coleiro Preca’s duties continue later on today, when she will hold a bilateral meeting with Director-General of UNESCO, Ms Irina Bokova at the UNESCO General Headquarters. Marie-Louise Coleiro Preca will be addressing the 38th Session of the UNESCO General Conference tomorrow, Tuesday 17th November 2015, following a personal invitation which Ms Irina Bokova extended to the President following her contribution to the UN Summit on Sustainable Development Goals and a bilateral meeting which the two held earlier this year in New York City.