Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, f’isimha u f’isem żewġha Edgar, u għan-nom tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sinjura Maria Tabone.
Il-President qalet li s-Sinjura Tabone kienet spalla importanti f’kull mument tal-karriera politika tal-eks President Ċensu Tabone, u kienet omm mill-aktar eżemplari kemm għal uliedha kif ukoll għall-Maltin u l-Għawdxin kollha fi żmien li kienet first lady ta’ pajjiżna.
Il-President estendiet il-kondoljanzi f’isimha u f’isem il-poplu Malti u Għawdxi f’kuntatt telefoniku mal-familjari tas-Sinjura Tabone.