Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, waslet ġewwa San Francisco, sabiex tkompli iżżur lid-diaspora Maltija. Ilu madwar 25 sena li l-Maltin u d-dixxendenti tagħhom iltaqgħu ma’ President Malti ġewwa San Francisco.
Il-President ġiet milqugħa fl-ajruport internazzjonali ta’ San Francisco min diversi Maltin li kienu qegħdin jistennewha bi ħġarhom, bi bnadar Maltin.
Il-President Coleiro Preca bdiet l-impenji tagħha f’din il-belt permezz ta’ laqgħa uffiċjali mas-Sindku ta’ San Francisco, is-Sur Mark Farrell. Waqt din il-laqgħa, ġew diskussi diversi temi, fosthom l-ugwaljanza u s-soċjetà multikulturali. Il-President ferħet lis-Sindku ta’ San Francesco għal liġi li dan l-aħħar approvaw, biex tindirizza d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.