Waqt l-inawgurazzjoni l-President Coleiro Preca spjegat kif din l-inizzjattiva hija eżempju prattiku ta’ Public Social Partnership fejn għaqda mhux governattiva qed taħdem flimkien ma’ entità tal-gvern.
Qalet li biex bħala poplu nibqgħu relevanti f’din il-ħajja globalizzata rridu nħeġġu l-innovazzjoni u l-kreattività.
Il-President sostniet li dak li qed isir mill-Fondazzjoni huwa investiment fit-tfal li se jkunu kapaċi jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom u jgħinhom jiżviluppaw soċjetà li tagħraf aktar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħha.
Il-President Coleiro Preca temmet tgħid li din il-Presidenza se tkun qed tħares li taħdem flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi biex jitkattru aktar inizzjativi li kapaċi joħolqu opportunitajiet biex negħlbu l-inugwaljanzi.