Fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta ppresediet laqgħa ta’ The President’s Trust. Matul din il-laqgħa, numru ta’ rappreżentanti minn għadd ta’ entitajiet kummerċjali bbażati f’Birżebbuġia, u ż-żoni tal-madwar, esprimew l-interess tagħhom, sabiex huma jkunu jistgħu jikkontribwixxu fl-inizjattiva ta’ ’empowerment’ taż-żgħażagħ li qed titmexxa minn The President’s Trust. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll, is-Sinjura Helga Ellul, li tmexxi il-CORE Platform.
Filwaqt li esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għal din il-konkorrenza inkoraġġanti, il-President Coleiro Preca qalet li din l-istess konkorrenza terġa turi l-importanza ta’ ħidma f’sinerġija, u saħqet li “huwa meta naħdmu f’sinerġija bħal din, li flimkien nistgħu nagħmlu affarijiet kbar.”