B’referenza għall-inċident sfortunat li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa, is-sewwieq tal-mutur li kien qed jeskorta l-karozza uffiċjali tal-President ta’ Malta, ittieħed l-Isptar Mater Dei jsofri minn ġrieħi ħfief u ntbagħat id-dar ftit tal-ħin wara.
Il-President flimkien mal-Uffiċjali l-oħra li kienu qed jakkumpanjawha ma kellhom bżonn l-ebda attenzjoni medika.