Waqt li ppresediet iċ-ċermonja tal-ħatra tal-membri tal-ġudikatura ġodda, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dan huwa jum storiku, fejn għall-ewwel darba f’pajjiżna, għandna ġudikatura b’aktar minn 51% nisa, li hija qabża mill-35% li pajjiżna kellu fl-2013, li kienet rata ferm inqas mill-medja Ewropea.
Il-President qalet ukoll li bil-ħatriet tal-lum, “qegħdin nindirizzaw ukoll dak li l-mexxeja tad-dinja kkommettew ruħhom għalih permezz ta’ l-Aġenda 2030 tal-Ġnus Magħquda, u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli—b’mod partikolari l-Mira Numru 5, fejn aħna kommessi li sal-2030 inkunu indirizzajna l-ugwaljanza f’kull settur”.
Fl-aħħar nett, il-President awgurat lill-ġudikanti l-ġodda fil-ħidma tagħhom.