Messaġġ mill-President ta’ Malta f’Jum it-Tifkira tal-Vittmi tat-Traffiku fit-Toroq

STQARRIJA MILL- UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Messaġġ mill-President ta’ Malta f’Jum it-Tifkira tal-Vittmi tatTraffiku fitToroq

Inħoss dieqa kbira kull darba li jkollna l-aħbar li t-toroq tagħna ħasdu l-ħajja ta’ persuna oħra.

 

Fil-jum li qed ifakkar il-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nappella lil kulħadd biex jagħmel il-parti tiegħu ħalli nwaqqfu t-telf ta’ ħajja bla bżonn, u bosta drabi, f’età żagħżugħa.

 

Inħeġġeġ lil kulħadd biex ningħaqdu flimkien ħalli nassiguraw li t-toroq tagħna jkunu aktar safe u tajbin. Ir-responsabilità mhix biss tas-sewwieqa iżda wkoll tal-policymakers, ta’ min jippjana t-toroq, ta’ min jieħu d-deċiżjonijiet, tal-edukaturi, u tal-pubbliku inġenerali. Kif qalet sew l-infermiera li tat l-ewwel għajnuna lil wieħed mill-vittmi dan l-aħħar, hekk kif ġara l-inċident, ‘ħadd m’għandu jgħaddi minn traġedja bħal din’.

 

Minn qalbi nirringrazzja lill-Emergency Physician Response Unit, lit-team tal-Protezzjoni Ċivili u lill-Pulizija, li jaslu mill-ewwel fuq il-postijiet tal-inċidenti. Dak li tagħmlu mal-vittmi fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom huwa imprezzabbli. J’Alla jkompli jkollkom il-kuraġġ u s-saħħa li tkomplu din il-missjoni dienja tagħkom.

 

Fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas, lill-familji kollha li tilfu persuna tant għażiża għalihom, nifhem li xejn ma jista’ jsabbarkom, iżda nħeġġiġkom biex tkomplu tgħożżu l-memorji sbieħ li qsamtu mal-persuna li tliftu. Agħmlu kuraġġ; intom tibqgħu fi ħsibijieti u f’qalbi.

 

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE PRESIDENT

 

World Day of Remembrance for Road Traffic Victims: statement by the President of Malta

 

I am deeply saddened every time we hear in the news that our roads have claimed yet another human life.

 

On the World Day of Remembrance for Road Traffic Victims, I would like to take this opportunity to appeal to everyone to play a part to end this unnecessary loss of lives, often at a tender age.

 

I encourage everyone to join forces in ensuring that our roads are safer and better. This responsibility does not only lie with the drivers, but it also lies with policy-makers, road planners, decision makers, educators and the general public. To quote the nurse who offered first assistance to one of the recent accident victims “no one should go through a tragedy such as this”.

 

I would like to thank wholeheartedly the people who arrive at the scene of the accident, including members of the Emergency Physician Response Unit, the Civil Protection teams and the Police. The comfort you give the victims during the last moments of their life, is precious. May God give you courage and strength to carry on your invaluable work.

 

Last, but certainly not least, to all the families who have lost a loved one; whilst I understand that nothing can seem to be able to comfort you, I would like to encourage you to keep the memories of your loved one close to your heart. Be strong and courageous always; you will always remain in my thoughts and in my heart.