STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ħalliet Malta għal Amman, fejn ġiet mistiedna biex tipparteċipa u tindirizza il-WIP Global Summit 2016, organizzat bil-kooperazzjoni tal-Council of World Women Leaders, li tiegħu il-President Coleiro Preca hija membru.

Waqt din iż-żjara, il-President ser ikollha wkoll laqgħa bilaterali mal-Altezza Rjali r-Re Abdullah II Bin Al Hussein, Re tal-Ġordan. Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Aġent President.