Stqarrija mill-President ta’ Malta

“F’dawn il-mumenti, fejn pajjiżna huwa xxukkjat b’delitt daqshekk faħxi, nappella biex kulħadd ikun meqjus fi kliemu, ma’ jagħmilx ġudizzji u juri s-solidarjeta’ ma’ wlied u żewġ is-Sinjura Caruana Galizia.

Hekk titlob id-diċenza, u wkoll, sabiex inħallu l-ġustizzja tieħu l-korsa tagħha, fl-aħjar interess tal-familja u d-demokrazija f’pajjiżna.”

 

L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca

President ta’ Malta