F’isem il-poplu Malti u Għawdxi, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, permezz ta’ ittra li bagħtet illum lill-President tal-Greċja Prokopis Pavlopoulos, esprimiet il-kondoljanzi tagħha wara d-devastazzjoni li qed iħallu warajhom in-nirien li ħakmu l-Greċja.