Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqqgħet għall-ewwel darba r-rappreżentanti nominati miż-żewġ partiti ewlenin fil-Parlament dwar it-tħejjija tal-proċess għar-riforma kostituzzjonali fil-Palazz ta’ San Anton.
Ir-rappreżentanti nominati mill-Partit Laburista għal dan l-isteering committee huma l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, u l-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech. Għall-Partit Nazzjonalista, ir-rappreżentanti nominati huma Chris Said, l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg, u Amy Camilleri Zahra