Tislima lill-Presidenti Emeriti mill-President Marie-Louise Coleiro Preca
Waqt it-tqegħid ta’ fjuri fuq il-monumenti ta’ Presidenti Emeriti, l-President Marie-Louise Coleiro Preca fissret lil Agatha Barbara bħala mudell għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Qalet li Barbara kienet l-ewwel mara li kkontestat l-Elezzjoni Ġenerali u ħadet riskju. Sostniet li Agatha Barbara niżżlet il-kultura fil-komunità filwaqt li ħadmet għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Il-President qalet dan wara li poġġiet fjuri f’riġlejn il-monument ta’ Agatha Barbara fiż-Żabbar fejn ingħatat merħba min-nies tal-lokal.
Hija tat ġieħ ukoll lill-Presidenti Emeriti oħra fosthom lil Anton Buttigieg fi Blata l-Bajda, Sir Anthony Mamo f’Birkirkara, Pawlu Xuereb fir-Rabat u Guido de Marco fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.