It-total t’applikazzjonijiet sottomessi għal dan il-Premju huwa ta’ sebgħa u sittin.
Dan ifisser li kien hemm żieda fl-interess f’dan il-premju maqsum fi tlett kategoriji; il-kategorija tat-Tfal, il-kategorija taż-Żgħażagħ u dik tal-Komunità, bl-akbar żieda irreġistrata tkun dik fil-kategorija tat-tfal.
B’kollox hemm 65,000 Ewro allokati għal dan il-premju. Liema premju, għall-ewwel darba ġie faċilitat permezz ta’ sistema t’applikazzjoni online għal dawk interessati.
Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jiskatta l-proċess t’evalwazzjoni minn assessuri indipendenti li ser jirrakomandaw it-tip t’assistenza li għandha ttejjeb l-iżvilupp kreattiv tal-benefiċċjarju.
L-għan tal-Premju tal-President għall-Kreattività huwa li t-tfal u ż-żgħażagħ fil-komunità jimpenjaw ruħhom biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jimplimentaw programmi soċjali u komunitarji permezz tal-arti.