Żjara mill-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj

Żjara mill-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj

 

Illum, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet lill-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj.

 

Waqt din il-laqgħa, il-President Coleiro Preca u l-President al-Sarraj urew stima meta fakkru r-relazzjonijiet bilaterali u l-ħbiberija kbira li ż-żewġ pajjiżi dejjem kellhom.

 

Il-President qalet li:

 

  • Malta temmen u lesta tibqa’ tkun pont ta’ djalogu u ta’ paċi biex tinkiseb l-għaqda fil-Libja.
  • Malta temmen li jridu jkunu l-Libjani stess li jiddeċiedu x’istituzzjonijiet għandu jkollu pajjiżhom biex ikun immexxi għall-ġid tal-poplu kollu Libjan.
  • Malta tibqa’ tqis lil-Libja bħala pajjiż katalist għall-istabbiltà u għall-paċi fir-reġjuni tal- Mediterran, tal-Ewropa u tal-Afrika.
  • Malta tibqa’ dejjem lesta biex tgħin lil-Libja bil-mezzi tagħha.

 

Jakkumpanja lill-President Fayez al-Sarraj kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, Mohamed Taher Hamouda Siala.