Waqt żjara ta’ kortesija lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tal-Moldova, Natalia Gherman għamlet lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ġie diskuss l-appoġġ li se tkun qed tagħti Malta lil Moldova f’diversi oqsma.
Il-President Coleiro Preca rrimarkat b’mod pożittiv għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni konġunta li saret bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella u d-Deputat Prim Ministru tal-Moldova.
Minn naħa tagħha, l-Ministru tal-Moldova fissret l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji f’Malta bħala eżempju li pajjiżha jista’ jitgħallem minnu.
Fi tmiem il-laqgħa l-Ministru Natalia Gherman għaddiet ittra ta’ awgurju lill-President Marie-Louise Coleiro Preca mibgħuta mill-President tal-Moldova Nicolae Timo
fti.